INFORMA nediet l-ewwel ktieb tagħha bl-isem ta’ IL-KARIKATURA TAL-MUMENT. Ktieb li jikkonsisti fuq kollox 24 karikatura li wassluna sal-Elezzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Lokali 2024.
Ktieb li l-awtur tiegħu huwa d-Direttur tal-istess INFORMA James Aaron Ellul u l-karikatur, l-artist, Mark Schembri. Dan il-ktieb, huwa l-ewwel tax-xejra tiegħu għax permezz ta’ din il-pubblikazzjoni twieled binarju ġdid fil-ħafna funzjonijiet li taqdi INFORMA bħala ċentru ta’ riċerka u studji.
Fil-perjodu indikat rajna għadd ta’ movimenti politiċi li ħallew marka fuq is-sitwazzjoni politika f’pajjiżna, u fuq kollox fuq l-istat ta’ ħajja tal-poplu Malti u Għawdxi. Kif jindika wkoll fi spjegazzjoni li tinsab fl-istess ktieb, din il-pubblikazzjoni hija;
“Spazju fejn l-assurdità ssir poeżija, fejn il-kritika ssir kulur… Dawk li jidħlu f’dawn il-paġni jsibu dinja li hi fl-istess ħin familjari, imma wkoll aljena: ġmiel imċajpar, serjetà miksura b’dettalji żgħar”.

Ma’ kull karikatura li hemm stampata, hemm deskrizzjoni ta’ x’wassal għal dik il-karikatura. Il-ħsieb, ir-riflessjoni, ta’ dak il-mument, li għexna jew li għadna qed ngħixu. Dak l-iskandlu li għadda, u min għandu r-raġunijiet tiegħu, irid inessi, u dawk l-iskandli, li kibru tant minn dik il-kakiratura li kienet stampata xi darba fuq il-gazzetta il-mument.
Hemm ukoll indikazzjoni u spjegazzjoni ta’ wassal għall-imaġni li qed naraw fil-karikatura, u għaliex saru.
Fil-karikaturi ppubblikati hemm ukoll metafori u qwiel li jieħdu l-ħajja, u l-istess ukoll inħolqu karattri fitizji li għenu mhux ftit fit-twassil tal-messaġġ. Wieħed ferm popolari huwa San Klaċċubrejk, il-qaddis protettur ta’ dawk li jkunu mwaħħla fit-traffiku. Permezz ta’ dawn il-karattri, simboli, inħolqu l-karikaturi b’messaġġ li wieħed jista’ jifhem. Bħal dan il-karattru, hemm oħrajn li jinsabu fil-ktieb.
Kull min hu interessat jixtri dan il-ktieb jista’ jagħmel dan billi jżur id-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista jew jibbukkja l-ktieb tiegħu fuq 25965262.
Ritratti ta’ Catriel Farrugia Sghendo



