Il-Partit Nazzjonalista jippreżenta l-accounts tiegħu sas-sena 2024

It-Tnejn filgħodu il-Partit Nazzjonalista preżenta lill-Kummissjoni Elettorali, l-accounts tiegħu sas-sena 2024, b’hekk il-Partit Nazzjonalista huwa kompletament inregola mal-finanzjament tal-Partiti. Dan hekk kif il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg kien wiegħed li fl-ewwel mitt jum tiegħu bħala Kap tal-Parit Nazzjonalista dan kien se jitwettaq.

Is-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista, Charles Bonello f’kummenti li ta lil Net News saħaq li wara ġimgħat ta’ ħidma l-Partit Nazzjonalista wettaq propju dan għaliex il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg, dak li jwiegħed iwettqu.

Bonello saħaq li dak kollu li jwiegħed Alex Borg se jkun qiegħed jitwettaq. Dan grazzi għall-ħidma sfieqa tal-ħaddiema tal-Partit Nazzjonalista. B’hekk issa l-Partit Nazzjonalista għandu kollox inregola b’rabta mal-finanzjament tal-partiti.

Jakkumpanjaw lis-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista, Charles Bonello kien hemm Il-Kap Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista, Sabine Agius Cabourdin u t-Teżorier tal-Partit Nazzjonalista, Veronica Perici Calascione.