Fl-iktar partita mistennija mir-raba’ ġurnata tal-Malta Veterans Premier League, iċ-champions Gżira United għelbu lil Floriana 4-2 sabiex telgħu għal 9 punti fil-klassifika.
L-ewwel taqsima kienet bilanċjata għalkemm fit-tieni nofs siegħa logħob, Gżira ddominaw u kien hawn li ħadu t-tliet punti finali b’żewġ gowls minn Kurt Magro u gowl kull wieħed minn Kevin Sammut u Jonathan Pearson.
Gilbert Scerri u William Camenzuli skorjaw għal Floriana.
Referee kien Gordon Barbara.
Malta Football Players Association baqgħu fl-ewwel post tal-klassifika wara rebħa ta’ 10-4 kontra Hibernians.
George Frendo skorja erba’ gowls filwaqt li Mark Zammit, Jonathan Bondin u Stanimir Miloskovic skorjaw darbtejn kull wieħed. Il-gowls ta’ Hibernians skorjati minn Luke Satariano, Glanville Goodlip, Beppe Antignolo u Ilia Nazarov.
Referee kien Alper Can.
Luxol St Andrew’s komplew bis-serje pożittiva meta għelbu lil Żurrieq Wolves 4-2 bi tliet gowls minn Karl Saccoi u gowl minn Gary Inguanez filwaqt li Giuseppe Muscat u Bjorn Bondin skorjaw għal Żurrieq Wolves.
Referee kien Gordon Barbara.
Birkirkara St Helen’s kisbu l-ewwel rebħa tal-istaġun meta għelbu lil Rabat Veterans 5-3 bi tliet gowls ta’ Christian Caruana u gowl kull wieħed minn Jean Pierre Mifsud Triganza u Gilbert Camilleri. Għal Rabat tliet gowls minn Byron Fenech
Referee kien Alper Can.
//= $special ?>

