Roderick Caruana kien illiberat minn akkuża li weġġa’ b’mod gravi z-zija tiegħu f’inċident li seħħ fl-2003.
Ir-raġel li għandu 46 sena kien akkużat li kkawża ġrieħi gravi lill-oħt missieru, Maria Concetta Formosa, u li kiser il-paċi pubblika. Huwa ċaħad l-akkużi.
L-inċident li seħħ fl-10 ta’ Novembru fl-2023, kien irrappurtat lill-Pulizija minn Formosa, fejn qalet li n-neputi, ċioé Caruana, kellu relazzjoni ma’ waħda minn uliedha, attakkaha u mbuttaha. Hija ppreżentat żewġ ċertifikati mediċi, wieħed jiddikkjara li sofriet ġrieħi ħfief. Wara ħames xhur li seħħ l-inċident, kien ippreżentat ċertifikat ieħor li jiddikjara li sostniet ġrieħi gravi.
Intant l-akkużat qal lill-Pulizija li kienet zitu li aggredietu u hu żammha b’idejh biex ma tibqax ittih.
Il-każ kellu jkun pospost minn Novembru 2007 għaliex iz-zija, Concetta Formosa, ma telgħetx tixhed. Kien fl-2024 meta reġa’ beda l-kaz li Formosa xehdet li meta seħħ l-inċident, hi kienet ħadet l-ikel lill-eks raġel tagħha u kien hemm li argumentat ma’ bintha li tgħix ma’ missierha.
Formosa allegat li kien dak il-ħin li bintha ċemplet lill-għarus tagħha Caruana, biex jgħinha fl-argument u kien hemmhekk li hi qalet li hu attakkaha.
Il-Qorti, meta għarblet iż-żewġ verżjonijiet, sabet li Caruana kien iktar koorenti u konsistenti fix-xhieda tiegħu.
Għaldaqstant il-Qorti ħellset lil Caruana mill-akkużi kollha minħabba nuqqas ta’ evidenza.
Il-Maġistrat li ppresieda kien Leonard Caruana u l-avukati tad-difiża kienu Jacob Magri u Wilfrid Buttiġieġ.
//= $special ?>

