Il-Qorti lliberat lil Monica Borg, mara ta’ 59 sena mill-akkużi li rċeviet 20,895 ewro relatati mal-frodi tal-benefiċċji tad-diżabilita’ u li użat dokumenti foloz.
Dan wara li investigazzjoni tal-qorti sabet li l-mara, ġenwinament issofri minn kundizzjoni medika tal-lupus, li tagħmilha eliġibli għall-beneficcju tad-diżabilita’ u li hi ma kienet bl-ebda mod konxja li kienet qiegħda ssir frodi minn min ipproċessa d-dokumenti tagħha.
F’sentenza mill-Maġistrat Leonard Caruana, huwa ddikkjara li Monica Borg liberata minn tmien akkużi kriminali kontriha dwar il-benefiċċji li kienet qiegħda tirċievi minħabba diżabilita’ severa.
Ġie nnotat ukoll kif il-prosekuzzjoni naqset għal kollox milli tipprovdi evidenza li Borg kienet l-awtriċi wara l-falsifikazzjoni tad-dokumenti jew saħansitra li kellha b’xi mod x’taqsam mat-tfassil ta’ tali aġir – dan hekk kif intqal kif iċ-ċertifikat mediku li l-akkużata pprovdiet għall-applikazzjoni kien wieħed falz – fatt li l-Qorti ddikkjarat li l-mara ma kelliex idea ta’ dan.
L-Avukat Jason Azzopardi deher għal Borg filwaqt li għal Prosekuzzjoni kienet irrappreżentata mill-Ispetturi Wayne Rodney Borg u Andy Rotin.
//= $special ?>

