Internazzjonali

Missier u iben, l-aggressuri f’Bondi Beach Sydney 16 -il persuna mejta u 30 feruti

Il-pulizija ta’ New South Wales, fl-Awstralja kkonfermaw li l-aggressuri li sparaw fuq in-nies f’Bondi Beach, huma missier u iben, Sajid Akram ta’ 50 sena u ibnu Naved ta’ 24 sena. Il-missier miet fuq il-post filwaqt li ibnu jinsab l-isptar f’qagħda kritika wara li sussegwentament kienu involuti fi sparatura mal-forzi tal-ordni.

Rapporti qed jindikaw li il-missier u l-iben kienu ssieħbu mal-grupp terroristiku tal-Istat Iżlamiku..ibbażati f’Sydney.

Il-Prim Ministru Awstraljan Anthony Albanese kkonferma li l-iben, kien magħruf mal-awtoritajiet tant li lura fl-2019 kien investigat madanakollu wara li sar l-assessjar ma kienx meqjus bħala perikoluż/

Għaċ-ċelebrazzjoni tal-bidu tal-Hanukkah f’Bondi Beach attendew ‘il fuq minn 1,000 ruħ. L-isparatura ħalliet ‘il fuq minn 30 midruba, inklużi tfal.

Sa issa huwa rrappurtat li mietu 16 -il persuna, l-aħħar persuna huwa nannu ta’ madwar 70 sena, li miet waqt li kien qiegħed jipprova jipproteġi lil qraba mill-isparatura.

Il-Prim Ministru Awstraljan Anthony Albanese qal li beħsiebu jħarrax il-liġijiet dwar il-pussess tal-armi. Jirriżulta li Sajid Akram kellu liċenzja tal-armi għall-skopijiet rikreazzjonali.