Lokali

Robert Debono huwa s-sewwieq tal-mutur li miet fl-inċident tat-traffiku fil-Mosta

Robert Debono ġie identifikat bħala l-vittma ta’ 57 sena mill-Mosta, li tilef ħajtu traġikament wara li kien involut f’ħabta bil-mutur tiegħu ma’ vann tal-iskola li kien qed jinstaq minn raġel ta’ 65 sena minn Ħad-Dingli.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-07:00 ta’ filgħodu, fi Vjal il-Qalbiena Mostin, il-Mosta.Robert Debono, li kien jaħdem bħala impjegat tal-manutenzjoni f’San Anton Palace, huwa huwa 17-il persuna li tilfet ħajjitha fit-toroq Maltin din is-sena.

Fuq il-post issejħu l-pulzija u tim mediku sabiex jassistu lix-xufier tal-mutur. Aktar tard huwa ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza fejn sfortunament kien iċċertifikat mejjet ftit tal-ħin wara.

Żewġt itfal minuri li kienu fil-vann tal-għamla Ford ma sofrewx ġrieħi filwaqt li x-xufier ittieħed
fl-eqreb ċentru tas-saħħa minħabba xokk.


Il-Maġistrat Monica Borg Galea, ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta.


L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan l-inċident għadhom għaddejjin.