€730,384
Din kienet is-somma finali li nġabret fil-Maratona Ġbir ta’ Fondi għall-Partit Nazzjonalista li saret matul il-ġurnata tal-Ħadd.
Fl-għeluq tal-Maratona, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista rringrazzja mill-qalb lil dawk kollha li taw il-kontribuzzjoni finanzjarja tagħhom, lill-voluntieri, lill-ħaddiema u lil dawk kollha li taw ħinhom sabiex il-Ħadd jaħdmu għall-ġid tal-pajjiż.
Dan filwaqt li stqarr, li s-somma totali ta’ flus li nġabru, fl-ewwel 100 jum tiegħu, hija dik ta’ €1,253,000.




Waqt intervista li saritlu matul il-maratona tal-ġbir ta’ fondi, Alex Borg tkellem dwar it-tragwardi tiegħu fl-ewwel 100 jum u saħaq fuq l-importanza tal-kuntatt man-nies. Dan apparti, li spjega li se jkun qed jippubblika r-rapporti finanzjarja tal-Partit Nazzjonalista.


F’intervista separata li saritlu aktar tard matul ix-xandira, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg flimkien ma’ Sarah, sostna illi l-100 jum kienu jiem impenjattivi, jiem li offrew ħafna sodisfazzjon anke lilhom personalment.




Intant, matul il-ġimgħa, kien hemm ukoll il-villaġġ tal-Milied, bit-tema ‘Milied Miegħek’ illi kien jinkludi divertiment, ikel, xorb u anke ħelu abbinat ma’ dan iż-żmien ta’ festi.




Dawn l-avveniment se jilħqu l-qofol tagħhom propju t-Tnejn 15 ta’ Diċembru b’attività tal-massa fl-għeluq il-100 jum ta’ Alex Borg bħala Kap tal-Partit Nazzjonalista, quddiem id-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista li se tkun qed tingħata bidu fis-6 ta’ filgħaxija.



