Donald Trump fetaħ kawża kontra l-BBC wara li l-programm Panorama nqabad jeditja clips tiegħu b’mod qarrieqi.
Il-President Amerikan kien ilu jwissi li se jiftaħ din il-kawża. Dan filwaqt li l-BBC diġà għamel apoloġija għal dak li seħħ. Iżda xorta, Trump għażel li jfittex lill-BBC għad-danni – f’ammont li jlaħħaq il-ħames biljun dollaru Amerikan.
Il-kawża titratta l-famuż diskors li kien għamel fl-2021, fil-jum li fih diversi sostenituri tiegħu kienu attakkaw il-binja tal-Capitol.
//= $special ?>

