Sfortunatament, għal darba oħra l-Gvern ta’ Robert Abela għadda budget li ma jindirizzax il-problemi l-kbar li qed jiffaċċja l-poplu Malti, fosthom:
- It-tkabbir tal-popolazzjoni bla pjan
- Il-kriżi tat-traffiku
- Il-waiting lists fl-isptarijiet
- L-għoli tal-ħajja dejjem jirranka
- Ambjent fi stat dekadenti
- Infrastruttura li qed tikkrolla
- Mudell ekonomiku żbaljat.
Budget li ma jindirizzax dawn il-problemi mhuwiex budget li jieħu ħsieb il-futur tal-poplu Malti u Għawdxi.
Dak li suppost kellu jkun l-aqwa budget fl-istorja ma pprovda l-ebda soluzzjonijiet f’dan ir-rigward u minkejja li pprova jitfa’ l-flus lejn il-problemi, ma indirizza bl-ebda mod id-diffikultajiet reali li qed jiffaċċjaw il-familji tagħna.
Allura, filwaqt li għal darba oħra jerġa’ jtenni li meta jkun fil-gvern iżomm l-għajnuniet kollha li jingħataw il-familji Maltin u Għawdxin, il-Partit Nazzjonalista ma jista’ qatt jappoġġja budget li ma jindirizzax il-problemi l-kbar li qed iħossu l-Maltin u l-Għawdxin.
//= $special ?>

