Il-Partit Nazzjonalista huwa partit kuraġġuż li ma jibżax ikun onest mal-poplu – dan b’kuntrast mill-Partit Laburista fil-Gvern.
Saħaq dan is-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Charles Bonello meta kien qed jiġi intervistat minn Robert Cremona fuq il-programm Net Live. Dan wara li t-Tnejn il-Partit Nazzjonalista ppubika l-kontijiet awditjati tiegħu lill-Kummissjoni elettorali.
Charles Bonello saħaq li din il-wiegħda ta’ Alex Borg issa ġiet imwettqa, u ser tkompli wkoll issir ħidma sfieqa sabiex il-finanzi tal-PN ikomplu jissaħħu. Dan anke bl-appoġġ tal-poplu; bil-flus miġbura f’dawn l-aħħar xhur taħt it-tmexxija ta’ Alex Borg, qed ikomplu jixprunaw din il-mixja pożittiva għall-Partit Nazzjonalista.
Apparti min hekk, is-Segretarju Ġenerali Charles Bonello qal ukoll li l-Partit Laburista qed jerġa’ jipprova jqarraq bil-poplu – wara gideb dwar il-kontijiet tal-PN.
Kien hawn fejn Charles Bonello spjega wkoll il-gideb mxerred mill-Partit Laburista b’mod qarrieqi għall aħħar, sabiex ixerred il-misinformazzjoni mal-kumplament tal-poplu. U qed jibqa’ jaħbi id-dejn illi għandu s-Super One.
Charles Bonello għalaq billi qal li l-Partit Nazzjonalista kien għadu u ser jibqa’ onest mal-poplu Malti u Għawdxi, għaliex m’għandux x’jaħbi, dan filwaqt li rringrazzja wkoll lil dawk kollha li kkontribwixxew finanzjarjament għall-kawża tal-PN.
//= $special ?>

