Dan huwa proġett flagship ta’ dan il-Gvern. Sostna dan il-Prim Ministru Robert Abela hekk kif qal li qiegħed joffri s-soluzzjonijiet biex jegħleb l-isfidi, fost l-oħrajn tat-traffiku.
L-Erbgħa filgħodu kienet inawgurata il-flyover tal-Imsida, b’karreġġjata waħda tiela lejn l-iskatepark u karreġġjata oħra nieżla fid-direzzjoni tax-xatt.
Il-flyover mistennija tiftaħ għall-pubbliku mat-tokki ta’ nofsillejl tal-Erbgħa filgħaxija wara li x-xogħlijiet bdew sena u xahar ilu.
Il-flyover hija mmirata sabiex itaffi l-konġestjoni tat-traffiku fl-Imsida u Tal-Pietà – li ta’ kuljum jaraw madwar 4,500 vettura fis-siegħa.
Il-Ministru Chris Bonett saħaq li dan ma kienx proġett impost fuq ir-residenti imma magħmul għar-residenti – ironikament, minkejja r-reżistena tar-residenti nfushom għal tali proġett.
Dan tal-Imsida huwa proġett ta’ €35 miljun. U l-270 tunnellata ta’ azzar li jiffurmaw din l-istruttura ġew iddisinjati u manifatturati lokalment. Iżda minkejja dan l-investiment, ħafna qed isostni li l-problema tat-traffiku se tkompli tigrava, u mhux tittaffa.
//= $special ?>

