Post li ser jilqa’ lil dawk b’bagalja ta’ toqol b’tama li joħorġu bil-wens tal-poplu Malti kollu.
Kien dan is-sentiment tal-inawgurazzjoni tal-uffiċċji l-ġodda tal-Malta Community Chest Fund fi ħdan il-Palazz tal-President, fil-Belt Valletta.
Intant għal din l-inawgurazzjoni kien hemm preżenti bosta persuni distinti li flimkien kixfu lapida kommemorattiva f’dawn l-uffiċċji ġodda.
Min naħa tagħha l-President ta’ Malta Myriam Spiteri Debono saħqet li dawn il-premises ser jilqgħu fihom dawk kollha li jkollhom kemm problemi soċjali u anke mard ieħor apparti l-marda tal-kanċer. Hi rringrazzjat ukoll lill-Arċisqof Charles Scicluna, wara li l-Knisja għal dawn l-aħħar tliet snin tathom kmamar għal uffiċċju temporanju bla ħlas fil-Palazz tal-Arċisqof.
Min naħa tiegħu l-Viċi Kap tal-PN Alex Perici Calascione, f’isem il-Kap tal-Oppożizzjoni, saħaq li l-isem fih innifsu tal-Malta Community Chest Fund jixhed il-viżjoni tar-realtajiet tal-mumenti diffiċli fejn l-aktar li hemm bżonn.

Huwa saħaq ukoll fuq l-importanza li l-Malta Community Chest Fund ma toffrix biss flus però anke sapport morali. Hu semma anke ż-żjara tal-Kap tal-PN f’Londra fejn żar ukoll is-sorijiet li jilqgħu lil dawk li jmorru għat-trattamenti barra min xtutna, filwaqt li rringrazzjhom. Dan filwaqt li appella wkoll sabiex il-poplu Malti u Għawdxi juri s-solederjetà f’jum l-Istrina.
Intant il-Prim Ministru Robert Abela rringrazzja lil kull min kien involut f’dan l-operat u fl-isforz tal-istess organizzazzjoni, filwaqt li l-Arċisqof saħaq li dan il-post huwa l-għatba ta’ nies imtaqlin, u min imur joħrog imserraħ bil-wens tal-poplu Malti u Għawdxi.

Ritratti: Catriel Farrugia Sghendo
//= $special ?>

