“L-abort m’għandux jiġi impost fuqna mill-Ewropa! Għalekk ressaqt resoluzzjoni għall-vot fil-plenarja fi Strasburgu biex l-Ewropa tirrispetta d-diversitá u s-sussidjarjetá fil-pajjiżi.
Fl-aħħar ġimgħat ħdimt mill-qrib ma’ Life Network Foundation Malta u One of Us fl-Ewropa b’argument sempliċi: L-abort mhux kwistjoni li għanda tindaħal fiha l-Ewropa. Hija deċiżjoni tal-pajjiżi.
Sfortunatament hemm min jinsa l-prinċipji fundamentali li fuqhom hija mibnija l-Unjoni Ewropea – li trid li nkunu Magħquda fid-Diversitá – u jridu jimponu idea waħda fuq l-abort fuq kulħadd. Nhar l-Erbgha fi Strasburgu fil-fatt ser iressqu vot fil-Parlament Ewropew li jrid li l-Ewropa tiffinanzja l-abort fl-Ewropa kollha inkluż f’Malta.
Jiena flimkien ma’ 36 MEP oħra qed nieqfu għal dan – qed inressqu resoluzzjoni alternattiva favur ir-rispett tad-diversitá fl-Ewropa li tgħid li l-abort huwa u għandu jibqa’ dejjem deċiżjoni tal-pajjiżi u mhux tal-Ewropa.”
//= $special ?>

