Il-President tal-Istati Uniti Donald Trump fetaħ każ ta’ malafama kontra l-BBC, wara li dawn editjaw parti mid-diskors li hu wassal lura fis-6 ta’ Jannar tal-2021.
Din l-istorja ġiet żvelata xahar ilu, u li rriżultat f’numru ta’ riżenji mill-BBC. Donald Trump kien għamel numru ta’ talbiet fosthom sabiex il-BBC tagħmel apoloġija pubblika u anke li tagħti miljuni ta’ dollari bħala kumpens.
Il-BBC kienet għamlet apoloġija, iżda ma tat l-ebda kumpens hekk kif skont il-kumpanija, Trump ma għandux bażi ta’ malafama. Kien propju għalhekk li fl-aħħar sigħat Donald Trump beda proċeduri legali sabiex jieħu kumpens ta’ 5 biljun dollaru minn din il-media house ewlenija fid-dinja.
//= $special ?>

