Internazzjonali Kurżitajiet

ARA: L-aktar rigali li jixtiequ t-tfal Ingliżi dan il-Milied

Jidher li t-tfal fir-Renju Unit, din is-sena, talbu lil Santa Klaws għal rigali tradizzjonali – bħal ġugarelli u ħwejjeġ – ferm aktar minn gadgets, arloġġi moderni, apparat teknoloġiku, jew mobiles u tablets.

Statistika interessanti ppubblikata mir-Royal Mail, li tieħu ħsieb il-posta fir-Renju Unit, tindika x’kienu l-aktar xewqat popolari minn naħa tat-tfal. U skont l-ittri lil Santa Klaws, it-tfal għal dan il-Milied xtaqu rigali li mhumiex mid-dinja tat-teknoloġija.

Dan il-Milied, it-tfal u l-adoloxxenti talbu lil Santa Klaws make-up, Labubu, jew ħwejjeġ – inkluż pyjamas.

Fl-ewwel għaxar postijiet f’din il-lista tar-Royal Mail hemm ħelu jew ċikkulata. Filwaqt li oħrajn talbu rigal ‘sorpriża’. Tant li ħallew f’idejn Father Christmas.

Fit-tielet post, kien hemm rota, skateboard jew scooter.

Fit-tieni post, kien hemm il-pupi – fosthom il-Barbie li tibqa’ popolari. U fl-ewwel post, bħala l-aktar rigal mixtieq mit-tfal, kien hemm il-Lego.

Interessanti l-fatt li f’din il-lista tal-aktar għaxar rigali li xtaqu t-tfal u l-adoloxxenti Ingliżi dan il-Milied kien hemm il-kotba. Tant li mix-xewqat lil Santa Klaws, il-kotba qabżu l-Labubu u anke s-settijiet tal-make-up.