Il-Fondazzjoni Wirt Artna tinsab inkwetata bl-ahbar li harget il-bierah dwar li l-Forti Tigne li ser ikun rega’ qed ibiddel l-idejn bejn zvillupaturi sabiex isir lukanda.
Dan il-forti storiku ilu s-snin vojt u fi stat t’abbandun minkejja l-fatt li kien gie rrestawrat mill-Midi plc bhala wahda mill-kundizzjonijiet imposti fuqha mill-Awtorita’ ta’ l-Ippjanar sabiex tkun tista’ tizvilluppa l-Ponta ta’ Tigne f’ tas-Sliema. Dawn il-kundizjonijiet kienu jinkludu li l-forti tibda’ tintuza’ b’mod sostenibbli u b’mod li jirispetta’ l-karattru storiku w arkittetoniku specjali taghha – kundizjonijiet li ghadhom validi sal-lum u ghandhom ikunu rrispetati.
Ghalkemm kien hemm bosta fortizzi storici madwar id-dinja li kienu kkonvertiti b’success f’lukandi jew f’akkomodazzjoni turistika ohra fil-kaz ta’ dan il-forti li hu zghir u ghandhu spazji interni ristretti dan jaf ikun difficli jekk ma jizdiedx mieghu bini gdid xi haga li m’ghandhux ikun permess. Bizejjed li l-parti tal-glacis tieghu fuq il-lemin giet okkupata minn ristorant li jhares lejn il-bahar meta dan suppost li tdhala hieles minn kull bini id-dawra tieghu kollha kif originarjament mahsub.
Mibni bejn l-1793 u l-1795 biex jhares l-entrata fil-Port at’ Marsamxett il-Forti Tigne ghandhu ghamla specjali hafna w unika li tirrispekja iz-zmien li fih il-fortizzi forma ta’ stilla bdew jinbidlu f’ohrajn ta’ forma pentagonali. Dan jaghmel minn din il-fortizza li hi l-ahhar wahda mibnija mill-Kavallierei bhala specjali hafna u li ghandha tkun imharsa b’kull mezz.
FWA tfakkar li din il-forti hi skedata bl-ghola kategorija ta’ protezzjoni u li hi wkoll inkluza fl-applikazzjoni tal-gvern mal-UNESCO sabiex il-fortifikazzjonijiet kollha tal-kavallieri jigu ddikjarati Wirt Dinji. Ghaldaqstant wiehed jittama’ li dan l-izvillup ma jwassalx sabiex ixekkel jew itellef ghal kollox dan l-isforz li fuqhu hadmu bosta ghal hafna snin.
Ghaldaqstant, il-FWA tirrakomanda li kif l-istess ser ikun qed jigri fil-kaz ta’ Manoel Island il-Gvern jerga’ jiehu lura dan il-forti u jbiddilha f’attrazzjoni turistika filwaqt li l-art miftuha ta’ madwarha tinbidel f’park miftuh ghat-tgawdija tal-pubbliku – xi haga tant nieqsa f’Tas-Sliema tant mibnija u mghaluqa tal-lum.
//= $special ?>

