Raġel ta’ 48 sena minn Ħaż Żebbuġ ingħata l-ħelsien mill-arrest wara li wieġeb mhux ħati li weġġa’ ħafif lis-sieħba tiegħu.
Fil-Qorti ntqal li l-mara wkoll qed tistenna proċeduri fil-konfront tagħha b’rabta m’allegazzjoni li hi tat daqqa ta’ kitla lis-sieħeb tagħha.
Matul is-seduta l-ispettur Carlos Cordina spjega li l-mara għamlet rapport ix-xahar li għadda wara li kellhom argument fejn matul dan l-argument beda jsawwatha.
Il-Qorti tatu l-ħelsien mill-arrest fid-dawl tal-fatt li l-akkużat dejjem ikkopera mal-Pulizija kif ukoll għaliex preżentament il-koppja tgħix f’residenzi separati.
Il-ħelsien mill-arrest ingħata fuq depożitu ta’ €1,000 u garanzija personali ta’ €5,000 kif ukoll li irid jiffirma tlett darbiet fil-ġimgħa.
//= $special ?>

