Ċifri ppubblikati llum mill-Eurostat juru li r-rata tal-għoli tal-ħajja f’Malta għal Novembru kienet ta’ 2.5% – rata li hi akbar minn dik fl-UE, u akbar mill-inflazzjoni reġistrata fiz-Zona Ewro.
Skont il-Eurostat, il-prezzijiet f’Malta fl-aħħar sena komplew jiżdiedu. U r-rata tal-għoli tal-ħajja minn Novembru 2024 – kumparata ma’ dan ix-xahar – telgħet minn 2.1% għal 2.5%.
Fiz-Zona Ewro, ir-rata tal-għoli tal-ħajja tinsab fil-livell ta’ 2.1%.
L-istess statistika turi li pajjiżi bħal Franza u l-Italja għandhom prezzijiet ferm orħos minn Malta. Bil-prezzijiet tal-ikel u prodotti bażiċi huma l-aktar li qed jinħassu meta l-konsumatur Malti jmur iħallas ix-xirja tiegħu.
Anke pajjiżi żgħar u kompetituri tagħna bħal Ċipru, ukoll għandhom rata ta’ għoli tal-ħajja ferm inqas minn Malta.
//= $special ?>

