Naveed Akram qed jaffaċċja 59 akkuża wara l-isparatura f’Bondi Beach f’Sydney, li ħalliet 15-il persuna mejta u numru ta’ persuni oħrajn feruti.
Il-Pulizija ta’ New South Wales qalu li l-akkużi jinkludu 15-il akkuża ta’ qtil, 40 akkuża ta’ ġrieħi gravi b’intenzjoni ta’ qtil, u akkuża waħda ta’ att terroristiku.
Hu stess ġarrab ġrieħi serji waqt l-attakk u deher fl-ewwel seduta tal-Qorti mis-sodda tal-isptar. Il-każ tiegħu, issa ġie pospost għal April li ġej.
It-tieni raġel f’dan il-każ, Akram Sajid Akram, ta’ 50 sena, inqatel mill-Pulizija fil-post.
Il-Pulizija ddikjaraw l-attakk bħala każ terroristiku, u l-Prim Ministru Anthony Albanese qal li dan kien xprunat mill-ideoloġija tal-Istat Iżlamiku.
//= $special ?>

