Lokali

Opinjoni: 100% Alex!

Illum, 100 jum wara l-ħatra ta’ Alex Borg bħala Kap, ħaġa waħda hija ċara: il-bidla bdiet u qed tinħass

Justin Schembri
Shadow Minister għall-Edukazzjoni

Mitt jum ilu, il-Partit Nazzjonalista kien f’mument kruċjali: kellu għażla li ried jagħmel għall-futur. Partit bi storja daqstant kbira, iżda b’piżijiet kbar fuqu ta’ snin fl-Oppożizzjoni li fihom għamel avvanzi li mhux neċċessarjament ħallew impatt politiku pożittiv fuq il-poplu Malti.
B’hekk, il-partit kellu bżonn jerġa’ jsib il-vuċi tiegħu, il-kuraġġ tiegħu u fuq kollox ir-raġuni għalfejn jeżisti. Illum, 100 jum wara l-ħatra ta’ Alex Borg bħala Kap, ħaġa waħda hija ċara: il-bidla bdiet u qed tinħass.
F’din l-okkażjoni tal-100 jum, xtaqt nikteb artiklu b’verżjoni differenti, u b’hekk se nelenka biss 100 punt li jimmarkaw it-tmexxija moderna ta’ Alex Borg.
1.Meta Alex Borg ħa t-tmexxija f’idejh, il-messaġġ kien wieħed ċar: il-Partit Nazzjonalista għandu x’joffri.
2.F’100 jum biss, reġa’ ta direzzjoni lill-partit li kien ilu jfittex identità.
3.Ma nħebiex wara l-iskużi, imma ħa r-responsabbiltà tat-tmexxija.
4.Poġġa l-verità u l-onestà bħala pedament biex fuqu tinbena politika ġdida li temmen fis-sewwa.
5.Il-pubblikazzjoni tal-kontijiet awditjati kienet sinjal ta’ bidla vera u li tikkonferma s-serjetà.
6.Għamel dak li ħafna qablu beżgħu jagħmlu: jiżirgħu t-tama b’entużjażmu u kuraġġ.
7.Wera li l-PN ma għandu x’jaħbi xejn, u ma għandu xejn minn xiex jibża’.
8.It-trasparenza reġgħet saret valur, mhux slogan.
9.Id-dejn ġie spjegat b’mod ċar u bla ebda tidwir mal-lewża.
10.Ġie preżentat pjan biex il-partit jimxi ’l quddiem.
11.Il-messaġġ li jinħass sewwa huwa wieħed: Il-Partit Nazzjonalista huwa serju biżżejjed biex imexxi l-pajjiż.
12.Inbniet struttura ġdida ta’ tmexxija professjonali.
13.Il-ħatra ta’ CEO tat sinjal ta’ modernizzazzjoni vera.
14.Inħatar Campaign Manager biex l-elezzjoni tkun parti mill-viżjoni u l-ħidma tiskatta minnufih.
15.Twaqqaf il-Leadership Delivery Office biex il-wegħdiet isiru azzjonijiet konkreti.
16.Illum il-partit għandu Chief of Staff biex it-tmexxija tkun organizzata u effettiva.
17.It-tim tat-tmexxija huwa tim wieħed, b’viżjoni waħda, b’direzzjoni waħda.
18.Il-ġlied u l-kunflitt intern ġie sostitwit b’ħidma kollettiva li ħadd ma jiddubita aktar minnha.
19.L-ELCOM qiegħed jinbidel f’magna moderna u strateġika biex tagħmel avvanzi strateġiċi f’inkwantu ta’ voti.
20.Il-Partit Nazzjonalista, serjament reġa’ beda jippjana biex jirbaħ.
21.Id-deċiżjonijiet bdew jittieħdu fuq id-dejta u l-analiżi.
22.Għawdex reġa’ ngħata l-importanza li jixraqlu.
23.B’hekk, inħoloq ukoll Policy Team dedikat għal Għawdex u dan jista’ jidher bħala pass storiku.
24.L-Għawdxin reġgħu bdew iħossuhom mismugħa, u fuq kollox rappreżentati.
25.Alex Borg fetaħ il-bibien għall-NGOs u għall-professjonisti.
26.L-inizjattiva NISMA’ mhix biss inizjattiva imma politika kontinwa.
27.In-nies ma baqgħux biss eletturi, imma parteċipanti attivi.
28.Il-politika reġgħet saret umana.
29.Iż-żgħażagħ tpoġġew fiċ-ċentru tad-deċiżjonijiet u qegħdin iħossuhom parti mill-futur tal-pajjiż.
30.Il-Youth Think Tank ta spazju lil min qabel kien imwarrab biex issa jitkellem u jressaq ’il quddiem l-ideat tiegħu.
31.Il-kritika saret kontribut, mhux theddida.
32.Alex Borg reġa’ beda jattira ġenerazzjoni ġdida.
33.Issieħbu kważi 3,000 tesserat ġdid f’100 jum.
34.Jinħass sinjal ċar ta’ fiduċja li qed terġa’ tinbena.
35.Il-partit beda jerġa’ jimtela’ bin-nies fl-attivitajiet tiegħu.
36.Il-voluntieri reġgħu ġew rikonoxxuti u qed jagħtu lura.
37.Hemm sens qawwi ta’ servizz lejn il-poplu mill-partit aktar minn qatt qabel.
38.Il-midja soċjali qed tkun dejjem aktar modernizzata u b’viżjoni.
39.Il-messaġġ tal-PN sar aktar ċar u dirett.
40.Ir-rispons tal-pubbliku beda jikber.
41.Net TV baqa’ juri li l-PN għandu vuċi qawwija.
42.Il-partit reġa’ beda jiddetta l-aġenda nazzjonali.
43.Tnediet l-inizjattiva TAMA, simbolu ta’ bidla imma wkoll Tama għal futur aħjar.
44.Il-poplu qiegħed jinvesti direttament fil-PN: aktar minn miljun ewro miġbura f’100 jum.
45.Il-Partit Nazzjonalista se jkollu l-ewwel ‘podcast’ politiku ta’ partit f’Malta.
46.Il-PN qiegħed ikun innovattiv, mill-ġdid.
47.Tħabbret Konvenzjoni Nazzjonali miftuħa biex tisma’ lin-nies u tgħaqqad il-ħsebijiet u l-ideat.
48.Il-programm elettorali qed jinbena man-nies u min-nies.
49.Il-politika mhix aktar tal-partit, imma tan-nies.
50.F’100 jum, il-PN wera li kollox huwa possibbli.
51.It-tama reġgħet bdiet tinħass fit-toroq.
52.Il-PN reġa’ beda jitqies bħala alternattiva reali – gvern alternattiv.
53.Il-politika tal-biża’ ġiet sostitwita bit-twemmin.
54.Alex Borg qed imexxi b’umiltà u kuraġġ minkejja li ħafna ddubitaw minnu.
55.L-etika reġgħet saret prijorità.
56.Il-PN qed jaħseb biex imexxi, mhux biex jopponi biss.
57.Il-viżjoni hija waħda fit-tul għall-pajjiż kollu.
58.L-istrateġija qiegħda tieħu post l-improvviżazzjoni tal-mument.
59.Il-partit fetaħ il-bibien għall-ideat ġodda u qiegħed jeħodhom.
60.Il-parteċipazzjoni saret valur ċentrali.
61.Ħadd ma għadu jappartjeni għal dak u għall-ieħor imma kulħadd magħqud wara Alex Borg.
62.B’hekk, l-għaqda bdiet tirbaħ fuq id-diviżjoni.
63.Il-membri reġgħu bdew jemmnu li jistgħu jikkontribwixxu u jistgħu jkunu validi.
64.Is-sens ta’ kburija jinħass aktar minn qatt qabel.
65.Il-PN qiegħed isir moviment politiku rikonoxxut minn kulħadd.
66.Il-lingwa tal-PN hija lingwa li tfiehem lin-nies u li tifhem lin-nies.
67.Il-problemi reali qed jiġu indirizzati.
68.Il-ħajja ta’ kuljum tan-nies saret prijorità f’kull aspett u f’kull qasam.
69.Il-PN qed jipprepara għall-elezzjoni li ġejja b’politika alternattiva li ssib is-soluzzjonijiet.
70.Il-magna elettorali diġà qed taħdem u tinħass.
71.L-investiment qed isir fil-kwalità biex il-partit ikollu aktar x’joffri.
72.Fiċ-ċentru hemm il-bniedem, għaliex il-politika hija għan-nies.
73.Il-futur qed jinbena pass pass, bi ħsieb, b’viżjoni u b’intenzjoni li minnu jirbħu biss il-Maltin u l-Għawdxin.
74.Il-ħaddiema qed ikunu mismugħa.
75.In-negozji ż-żgħar reġgħu sabu min jifhimhom.
76.Il-kwalità tal-ħajja saret ċentrali.
77.Il-politika li tirrispetta l-ħin tal-familja hija prijorità.
78.Alex Borg wera li jemmen f’politika li tirrispetta d-dinjità tax-xogħol.
79.L-ambjent għall-Partit Nazzjonalista qiegħed ikun protett b’mod serju.
80.Is-Saħħa u l-Edukazzjoni huma l-pilastri li jagħmlu d-differenza fil-ħajja tan-nies mill-ġdid.
81.Il-verità qed tingħad, anki meta tweġġa’.
82.Il-kredibbiltà qed tinbena kuljum.
83.Il-partit illum huwa aktar organizzat minn kull lat, anki fuq livell lokali.
84.Il-PN huwa aktar magħqud.
85.Il-PN huwa aktar miftuħ.
86.Il-PN huwa aktar rilevanti.
87.Il-PN huwa partit tan-nies.
88.Bi tmexxija li tispira.
89.Bi tmexxija li tagħti direzzjoni.
90.Bi tmexxija li ma tibżax.
91.B’Kap disponibbli dejjem.
92.Biex iġib politika ġdida li tagħmel differenza.
93.Biex il-Partit Nazzjonalista jerġa’ jirbaħ.
94.Għax jemmen f’Malta aħjar.
95.Illum nistgħu nittamaw, u nemmnu.
96.Il-futur reġa’ beda jidher possibbli.
97.Il-100 jum kienu biss il-bidu u tinħass mewġa rivoluzzjonarja.
98.It-triq hija twila, imma sibniha. Issa naqbdu nixmuha u mbagħad niġruha.
99.Il-momentum qed jikber.
100.Alex Borg qiegħed jagħti l-100% kuljum!

Dan l-artiklu deher f’In-Nazzjon tal-Erbgħa 17 ta’ Diċembru, 2025.