Futbol Sport

PSG jirbħu l-ewwel Intercontinental Cup tagħhom fl-istorja

Paris Saint-Germain rebħu l-ewwel Intercontinental Cup fl-istorja tagħhom wara rebħa drammatika fuq Flamengo bil-penalties, wara draw ta’ 1-1 fil-finali li ntlagħbet fil-Qatar.

Il-protagonist assolut tal-logħba kien il-goalkeeper Russu Matvey Safonov, li salva erba’ minn ħames penalties ta’ Flamengo fis-shoot-out u wassal lill-kampjuni Ewropej għar-rebħa finali. Safonov beda flok Lucas Chevalier u wera personalità kbira f’mument deċiżiv.

PSG fetħu l-iskor fil-38 minuta meta Khvicha Kvaratskhelia skorja wara azzjoni tajba ta’ Desire Doue, iżda Flamengo ġabu l-ugwaljanza permezz ta’ penalty ta’ Jorginho fit-tieni taqsima. Minkejja diversi ċansijiet, inkluż id-dħul ta’ Ousmane Dembélé, il-logħba spiċċat fil-ħin regolamentari u fil-ħin barrani mingħajr rebbieħ.

L-għoti tal-penalties, Safonov kien deċiżiv u waqqaf lil Saul, Pedro, Leo Pereira u Luiz Araujo, u b’hekk PSG għamlu storja billi saru l-ewwel klabb Franċiż li qatt rebaħ dan it-trofew globali.

Din ir-rebħa tikkonkludi sena straordinarja għal PSG, li fl-2025 rebħu ħames trofej: Ligue 1, Coupe de France, Champions League, UEFA Super Cup u issa wkoll l-Intercontinental Cup.