Colin Schembri
Athleta………………..62
Valletta Dream…..65
(11-22)(27-8)(14-24)(10-11)
Valletta Dream kisbu l-ewwel rebħa tagħhom tal-istaġun meta għelbu lil Athleta 65–62 f’partita bilanċjata li baqgħet miftuħa sal-aħħar minuti. Il-Belt kienu aktar solidi fir-rebounds (68 kontra 40) u ħadu vantaġġ minn punti mill-offensive rebounds (18), fattur li għenhom iżommu l-vantaġġ f’mumenti kruċjali. Athleta wieġbu tajjeb mill-bank b’28 punt u żammew il-partita qrib b’diversi bidliet fil-vantaġġ, iżda Valletta kienu aktar konsistenti fit-tmexxija tal-logħba u żammew ir-riżultat sal-aħħar. Athleta rkupraw lil Nicole Vella u Kristy Caruana però kienu mingħajr l-Amerikana Isabelle Booth li weġġat fl-aħħar partita. Valletta kienu mingħajr Alexis Cutajar u Sara Kankaras però ġiet lura wara diversi partiti Aleksandra Nikishina. Athleta ħadu l-ewwel vantaġġ b’baskets minn Laura Camilleri u Sharon Vella. Valletta wieġbu bi break ta’ 7-0 bil-punti ta’ Olesia Malashenko u Nicole Montalvo. Athleta naqqsu xi ftit id-distakk però Valletta komplew b’run oħra ta’ 10-2 b’punti minn Marie Pollacco u Malashenko biex temmew l-ewwel sessjoni 22-11 minn fuq. Il-folja nqalbet fit-tieni taqsima hekk kif Athleta kellhom it-trippli minn Julia Schembri u Kristy Caruana biex marru fuq quddiem 26-25. Valletta sabu diffikulta biex jagħmlu l-punti u Athleta komplew jagħfsu bi break ta’ 10-2 b’punti minn Nicole Vella u Anthea Micallef. Valletta kkontestaw xi deċiżjonijiet tal-uffiċjali biex Athleta kabbru l-vantaġġ sal-halftime 38-30.
Fit-tielet taqsima, iż-żewġ timijiet bdew jirrispondu lil xulxin b’Caruana tagħmel trippla oħra għall-Athleta. Valletta komplew jersqu viċin bi trippla ta’ Malashenko u għamlu wkoll run ta’ disa’ punti mingħajr risposta biex reġgħu marru fuq quddiem u baqgħu hekk sa’ tmiem it-taqsima 52-54. Fl-aħħar sessjoni, biż-żewġ timijiet jiġru biex jiksbu r-rebħa, l-punti naqsu tant li fis-sitt minuta Valletta kienu punt minn fuq 59-58. Żewġ baskets wara xulxin minn Malashenko u Nikishina fl-aħħar minuti kienu kruċjali biex Valletta jiftħu vantaġġ ta erba’ punti li bi sforz qawwi żammew sa’ tmiem il-partita u ħarġu rebbieħa 65-62.
Athleta: J. Schembri 6, N. Vella 8, K. Calleja 2 , A. Micallef 10, K. Caruana 14, J. Micallef, Ka. Abela, S. Vella 18, Ke. Abela, L. Camilleri 4.
Valletta: E.M. Pollacco 12, O. Malashenko 27, M. Momcilovic 2, A. Caballero 10, M. Mifsud, A. Nikishina 6, N. Montalvo 8.
Referees: Miguel De Flavia, Wendell Lim.
Caffè Moak Luxol…..59
Hibernians………………91
(6-25)(16-27)(26-16)(11-23)
Hibernians temmew l-ewwel round fl-ewwel post tal-klassifika wara li kisbu rebħa ta’ 91–59 kontra Caffè Moak Luxol f’partita fejn id-differenza kienet tidher mill-ewwel minuti. Luxol b’team verament żagħżugħ sabu diffikulta kontra l-esperjenza ta’ Hibernians. Hibs kienu aktar effiċjenti fl-attakk, b’vantaġġ ċar fiż-żona u kontribut importanti mill-bank, filwaqt li wkoll kienu aħjar fir-rebounds (49 kontra 28). Luxol sabu diffikultà biex iżommu r-ritmu, speċjalment wara l-ewwel sessjoni, u għalkemm ippruvaw jirreaġixxu fit-tielet taqsima , Hibs reġgħu kabbru d-distakk. Luxol kienu mingħajr Sarah Fenech Pace fil-waqt li għal Hibs, Michela Marmara ħadet post Jasmine Abela. Hibs fetħu l-partita wara ftit sekondi bi trippla ta’ Steffi De Martino u wara risposta minn Sarah Sciberras, ħasdu lill-avversarji b’run ta’ 13-3. De Martino kellha iktar punti flimkien ma’ Hailey Macleod u trippla ta’ Andie Saliba. Wara basket ta’ Olivia Wikstrom għal Luxol, Hibs komplew b’disa’ punti oħra sa’ tmiem il-perjodu għal skor ta’ 6-25. It-tieni taqsima fetħet bi trippla oħra minn De Martino għalkemm Luxol irnexxielhom jagħmlu run qasira ta’ 7-2 bi trippla ta’ Wikstrom. Hawn però Hibs komplew bi break ta’ 11-2 b’De Martino tkompli fil-vena posittiva tagħha. It-taqsima għalqet bi trippla fuq kull naħa minn Hayley Galea u Saliba biex Hibs daħlu jistrieħu 30 punt minn fuq 52-22, riżultat li jista’ jitqies bħala sorpriża.
Wara l-intervall, wara basket minn Lecuyer għal Hibs kien hemm 5 punti ta’ Wikstrom. Iż-żewġ timijiet komplew jirrispondu lil xulxin b’runs qosra għalkemm f’din it-taqsima Luxol kellhom trippli minn Wikstrom u Lisa Fenech Pace. Hibs xorta rnexxielhom iżommu vantaġġ ta’ 20 punt fi tmiem it-tielet sessjoni 68-48. Fl-aħħar taqsima, Hibs reġgħu ħadu kontroll tal-partita bi break ta’ 13-2 b’żewġ trippli ta’ Lecuyer u oħra ta’ De Martino. Luxol kellhom risposta minn Jada Said u Gwenn Carabott bil-Hibs jagħlqu l-partita b’punti minn Kirstie Sammut u Michela Marmara biex ħarġu rebbieħa 91-59.
Caffè Maok Luxol: G. Carabott 2, K. Magro, E. Axisa, L. Fenech Pace 10, H. Galea 3, R. Fenech Pace, A. Xuereb, J. Said 6, E. Abela 1, M. Camilleri, O. Wikstrom 35, S. Sciberras 2.
Hibernians: M. Buhagiar, L. Micallef 6, I. Agius, S. Lecuyer 12, A. Saliba 14, M. Bonett 2, S. De Martino 29, M. Marmara 2, N. Farrugia, H. Macleod 13, J. Diaby 11, K. Sammut 2.
Referees: Fiorentina Ciurariu, Leonardo Silvero
Betsson Depiro…………..62
Starlites Revive………….55
(22-17)(8-20)(14-7)(18-11)
Betsson Depiro rkupraw mit-telfa fl-aħħar partita kontra Hibernians meta għelbu lil Starlites Revive 62-55. It-turnovers kellhom sehem kruċjali f’dan ir-riżultat hekk kif Depiro kellhom 15 però Starlites kellhom 23 li minnhom sofrew 17-il punt. Depiro kienu wkoll aktar preċiżi minn goż-żona fejnkisbu 50 punt mit-62 li għamlu fil-waqt li Starlites kellhom 30 punt. Depiro għadhom mingħajr l-Ispanjola Andrea Tollar Lopez għalkemm irkupraw lil Lovely Sonnier u Samira Deguara u Joselle Borg Cardona. Starlites kellhom lura lil Ylenia Ferrando u fil-ġranet li ġejjin mistennija li tirritorna wkoll Michela Zammit Cordina. Kienu Depiro li għamlu l-ewwel ħames punti tal-partita però l-istess ammont għamluh ukoll Starlites li kellhom l-ewwel trippla tal-partita minn Philippa Riolo. Depiro bdew jisirqu diversi blalen li sarrfuhom f’runt ta’ 7-0 però mal-ħin Starlites reġgħu irkupraw fosthom bi trippla ta’ Georgia Haverlock. Sa’ tmiem it-taqsima Depiro kellhom aktar punti minn Nicole Agius u Claire Privitera għal skor ta’ 22-17. Fit-tieni perjodu, Starlites kellhom mument tajjeb bi break ta’ 13-2 fosthom trippla minn Rebecca Naudi u baskets ta’ Haverlock u Mariah Fenech. Wara time-out minn Depiro, Starlites komplew b’5 punti oħra u kien biss lejn tmiem it-taqsima li Depiro għamlu 5 punti minn Sophie Abela u Sonnier għal skor ta’ 30-37.
Wara l-intervall, Depiro bdew b’sitt punti konsekuttivi minn Sonnier u Abela qabel ma Haverlock wieġbet għal Starlites. Depiro komplew b’aktar punti biex reġgħu marru fuq quddiem fil-ħames minuta 40-39. Catherine Cilia u Naudi reġgħu poġġew lil Starlites fuq quddiem qabel ma basket ta’ Neve Borg għalaq it-taqsima fuq partita ta’ 44-44. Depiro għamlu run deċisiva fil-bidu tal-aħħar sessjoni hekk kif għamlu 10 punti minn Sonnier u Agius. Trippla minn P. Riolo waqqfitilhom ir-run però Neve Borg u Julia Borg Xerri għamlu sitt punti oħra mingħajr risposta u Depiro rebħu l-partita 62-55.
Betsson Depiro: S. Abela 14, N, Agius 4, J. Borg Xerri 2, J. Mallia, C. Privitera 4, C. Fenech, J. Borg 8, N. Borg 6, L. Sonnier 24, S. Deguara, H. Farag
Starlites Revive: Y. Ferrando, M. Riolo 4, C. Cilia 6, P. Riolo 12, A. Cassar Seguna, M. Fenech 2, R. Naudi 18, G. Haverlock 13, J. Formosa, L. M. Zammit, K. Gatt, B. Sciberras.
Referees: Miguel De Flavia, Jacques Siefert
//= $special ?>

