‘Għimmanu-El’ Għaqda Presepisti Għajnsielem (Għawdex, Malta) tħabbar l-ftuħ tal-5
wirja internazzjonali tagħha ta’ presepji u dijorami Maltin, li din is-sena nżammet
f’Jerez de la Frontera fi Spanja.
Il-wirja tifforma parti mill-missjoni kontinwa tal-Għaqda li tippromwovi l-arti u t-
tradizzjoni sekulari tal-arti presepistika Maltija madwar l-Ewropa.
Wara edizzjonijiet preċedenti f’Turin, Bergamo, Ruma, u Brussell, l-avveniment ta’
din is-sena jimmarka pass importanti ieħor, u jġib il-kreattività Maltija f’wieħed miċ-
ċentri l-aktar rinomati ta’ Spanja għall-arti tal-presepju. Total ta’ 30 parteċipant minn
Malta u Għawdex qed jieħdu sehem, u juru kollezzjoni diversa ta’ presepji u dijorama
magħmulin bl-idejn li jenfasizzaw l-istil, il-kultura, u l-wirt spiritwali distinti Malti.
L- Għaqda ġiet mistiedna mill-Asociación Belenistas de Jerez li tagħmel parti mill-
Federacion Andaluza de Belenistas biex tipparteċipa bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet
li jimmarkaw il-50 anniversarju tal-ewwel wirja tal-presepji li saret f’Jerez. Din l-
okkażjoni speċjali saħħet ir-rabtiet kulturali bejn Malta u Spanja u tonora passjoni
kondiviża għall-arti tradizzjonali tal-Presepju.
Il-President tal-Għaqda ta’ ‘Għimmanu-El’, Paul Stellini, qal “Billi nuru x-xogħol
tagħna hawn f’Jerez, irridu nenfasizzaw li l-presepju Malti jinsab tal-istess livell mat-
tradizzjonijiet Taljani u Spanjoli. “lI-presepisti Maltin u Għawdxin jużaw tekniki li huma
raffinati bl-istess mod, li jvarjaw minn immudellar ta’ pasturi artistici u ta’ livell għoli
għal xenografija dettaljata u użu innovattiv ta’ materjali li gew mitgħalma minn
mgħallmin tal-presepji Taljani u Spanjoli li nġabu matul is-snin li ilha mwaqqfa l-istess
Għaqda.
Din il-wirja hija ċelebrazzjoni ta’ din is-sengħa u xhieda li l-presepisti Maltin
iħabbtuha mal-aqwa presepisti Ewropew fejn tidħol l-arti tal-presepju.”
‘Għimmanu-El’ Ghaqda Presepisti Għajnsielem testendi l-gratitudni tagħha lill-
Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar, b’mod partikolari lid-Direttorat għall-Wirt
Kulturali fi ħdan l-istess Ministeru, li l-appoġġ tiegħu għamel il-parteċipazzjoni Maltija
possibbli.
Il-wirja issa hija miftuħa għall-pubbliku f’Jerez de la Frontera u se tibqa’ aċċessibbli
sal-11 ta’ Jannar 2026.





