Fil-kappella ta’ Dar Bjorn f’Ħaż-Żebbuġ, qed tittella’ wirja ta’ presepji u dijorami, ta’ xeni u stili differenti kollha maħdumin minn presepisti Maltin.
Din Il-wirja fetħet fil-15 ta’ Dicembru u sa tibqa’ miftuħa għall-pubbliku sas-6 ta Jannar – kuljum mill-5.30 sat-8.30 ta’ filgħaxija. Intant, Ħdud u festi tiftaħ ukoll mill-10.00 am sa 12. 00 .
Din il-wirja qed tittella’ min Joe Abdilla u tinkorpora fiha taħlita ta’ stili inkluż popolari, bibbliku u ġrajjiet mir-rakkonti tal-bibbja.


