Il-Membri Parlamentari Ewropej Laburisti Daniel Attard u Thomas Bajada astjenew milli jivvotaw kontra inizjattiva sabiex iċ-ċittadini Ewropej itejbu l-aċċess għall-kura tal-abort għan-nisa fl-Ewropa permezz ta’ mekkaniżmu ta’ solidarjetà finanzjarja volontarju għal dawk li jagħżlu li jkunu parti minnu.
Dan filwaqt li t-tlett MEPs l-oħrajn ċioè iż-żewġ Membri Parlamentari Ewropej David Casa u Peter Agius flimkien mal-MEP Alex Agius Saliba, ivvotaw kontra.
Fi stqarrija l-Parlament Ewropew ħabbar li l-vot għadda b’358 vot favur, 202 kontra u 79 asntensjoni għaldaqstant il-proposta ‘Il-Vuċi Tiegħi L-Għażla Tiegħi’ kienet adottata u b’hekk issa l-Kummissjoni hija mistiedna tistabbilixxi mekkaniżmu finanzjarju li jkun miftuħ għall-pajjiżi kollha tal-UE fuq bażi volontarja, li jkun iffinanzjat mill-UE. Dan il-mekkaniżmu finanzjarju għandu jkun jippermetti lil stat membru tal-UE jipprovdi aċċess għat-terminazzjoni sikura tat-tqala skont il-liġijiet domestiċi tagħhom għal kull min m’għandux aċċess għal abort sikur u legali.
Intant, l-MEP David Casa saħaq li l-vot tal-lum ma joħloq ebda pressjoni u obbligazzjoni fuq il-Gvern Malti biex idaħħal l-abort fil-pajjiż, b’Peter Agius isostni la l-Unjoni Ewropea ma tistax iddaħħal l-abort f’pajjiżna mill-bieb ta’ wara – partikolarment la darba l-maġġoranza tal-poplu huwa favur il-ħajja.
//= $special ?>

