Il-Kap tal-PN Alex Borg wasal Brussell għas-summit tal-Partit Popolari Ewropew.
Waqt dan is-summit, Alex Borg se jkun qed jibqa’ jwassal b’mod b’saħħtu l-vuċi tal-Maltin u l-Għawdxin, u fuq kollox l-interess ta’ pajjiżna fuq livell Ewropew.
Hu mistenni wkoll li l-Kap tal-PN ikollu diversi laqgħat oħra waqt iż-żjara tiegħu fil-kapitali Belġjana.
Dan is-summit qed isir f’mument importanti u ta’ sfida għall-Ewropa kollha. Bil-Kap tal-PN jinsisti li “hemm bżonn Ewropa magħquda, ċara u soda fid-deċiżjonijiet li tieħu”.



