Raġel ta’ 29 sena li ammetta li seraq minn ħanut f’Santa Venera u li wettaq dan ir-reat waqt li kien fuq libertà proviżorja…ġie kundannat erba’ snin ħabs.
Amo Frank Kwaku, li hu mill-Ghana u li għandu karta tal-identità Taljana, ammetta li fid-29 ta’ Novembru seraq minn ħanut, u żamm ħaddiema kontra l-volontà tagħha.
Hu kellu sikkina fuqu u kiser il-kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest.
Ir-raġel kien qed jistenna biex jgħaddi ġuri b’rabta mal-omiċidju ta’ Kwabena Kyere ta’ 23 sena. Il-każ kien seħħ fl-10 ta’ Ġunju tal-2021 waqt argument fil-Marsa. Wara li qieset il-gravità tar-reat il-Qorti, bagħtet li Kwaku, erba’ snin ħabs u mmultatu €116.47.
Huwa tilef id-depożitu ta’ €23,500 u l-garanzija personali ta’ €12,500. Inħarġet ukoll ordni ta’ protezzjoni favur il-ħaddiema tal-ħanut.
//= $special ?>

