Internazzjonali

Franza: Tabib ikkundannat il-ħabs għall-għomru dwar il-qtil premeditat tal-pazjenti

Tabib ta’ 53 sena, eks-anastetista, spiċċa kundannat il-ħabs għal għomru wara li vvelena b’intenzjoni lil 30 pazjent – bi tnax il-każ jirriżultaw fil-fatalitajiet sussegwenti.

Il-ġuri ta’  Frédéric Péchier dam għaddej għal erba’ xhur fil-belt ta’  Besançon u fejn hu kien iċ-ċentru tal-attenzjoni f’wieħed mill-aktar proċessi segwiti dwar l-abbuż tal-prattika medika.

Intant, il-Qorti dikjarat li Péchier kien uża kimika bħall-adrenalina u l-potassium chloride fl-infusion bags tal-pazjenti b’numru minnhom imutu velenati b’konsegwenza.

Il-kimiki li kienu juża Péchier anki kaġunaw każi ta’ emorraġiji fil-pazjenti li b’konsegwenza kellhom bonn ta’ intervent urġenti fis-sala tal-operazzjonijiet,,, Interventi li kemm il-darba saru mit-‘Tabib tal-Mewt’ innifsu li  kien jieħu l-kreditu fis-sitwazzjonijet fejn salvaw il-pazjenti.

L-iżgħar vittma tat-tabib kien tfajjel ta’ erba’ snin li sofra żewġ attakki tal-qalb waqt kirurġija rutina għall-qtugħ tat-tunsilli. L-akbar vittma fl-età, intant, kellu 89 sena.

Il-Prosekuturi referew għal Péchier bl-agħar termini permissibbli u fejn sejħulu ‘it-Tabib tal-Mewt’ u ‘qattiel li l-azzjonijiet tiegħu tefgħu dell fuq il-professjoni medika’.