“Jekk iseħħ inċident fuq il-flyover tal-Imsida, il-konsegwenzi jaf ikunu kbar u fatali.”
Kien dan l-inkwiet li esprimew bosta persuni f’kummenti ta’ kritika fuq il-midja soċjali dwar il-flyover tal-Imsida li għadha kemm ġiet inawgurata – b’karreġġjata waħda tiela’ lejn l-iskatepark u karreġġjata oħra nieżla fid-direzzjoni opposta, lejn ix-xatt tal-Imsida.
Il-Ħamis filgħodu, crew ta’ Net News żar din il-flyover fejn seta’ jara b’għajnejh id-djuq ta’ dawn iż-żewġ karreġġjati u l-barrier baxxa li hemm tifridhom fin-nofs.
Fuq il-midja soċjali, kienu bosta l-persuni li staqsew kif single lane flyovers huma permessibbli f’pajjiżna u esprimew it-tħassib tagħhom għall-fatt li minħabba d-djuq tal-karreġġjati u bit-traffiku li jinħoloq ta’ kuljum – se jkun impossibbli biex ambulanza tasal fil-post meta jseħħ inċident. Iżda dan mhux biss – il-barrier f’nofs din il-flyover, skont ħafna nies, ġie deskritt bħala “rampa perikoluża” għas-sewwieq tal-muturi.
Minkejja l-fatt li dan il-proġett se jiġi jiswa’ €35 miljun, ħafna qed isostnu li l-problema tat-traffiku se tkompli tiggrava, u mhux tittaffa. Numru ta’ persuni ddeskrivew din il-flyover li saret b’mod u manjiera mhux professjonali, qisha roller coaster, diżgustanti u xi ħaġa li ma solviet assolutament xejn hekk kif il-vetturi l-kbar mhux se jkunu jistgħu jgħaddu.
Intant, Il-Ministru Chris Bonett saħaq li dan ma kienx proġett impost fuq ir-residenti imma magħmul għar-residenti – ironikament, minkejja r-reżistena tar-residenti nfushom għal tali proġett.
//= $special ?>

