Raġel instab ħati li weġġa’ mara meta tajjarha bil-vettura tiegħu waqt li kienet qed taqsam it-triq fuq zebra crossing.
L-inċident seħħ fil-21 ta’ Novembru ta’ sentejn ilu fl-Iklin.
U kaġun tad-daqqa, kellhom isirulha sitt punti f’rasha.
Skont dak li irriżulta mill-Qorti, il-mara kienet għadha kemm ħarġet mill-gym meta qasmet it-triq. U kien dak il-ħin li ttajret mill-vettura misjuqa mill-akkużat.
Il-Qorti, ippreseduta mill-Maġistrat Yana Micallef Stafrace, osservat li minkejja li kien dalam, ix-xhieda qalu li kien hemm bozoz fit-triq.
Il-Qorti qalet li r-raġel ma kienx attent biżżejjed, speċjalment meta kellu jieħu iktar prekawzjonijiet qrib iz-zebra crossing. Huwa għalhekk instab ħati u kien immultat €1,200. Hu kellu wkoll il-liċenzja tas-sewqan sospiża għal tliet xhur u tnaqqsulu 6 punti minnha.
//= $special ?>

