“Il-partit kellu bżonn direzzjoni żagħżugħa.F’dawn il-mitt jum, irnexxielna nġibu riżultati pozittivi. U jekk inkomplu għaddejjin f’din id-direzzjoni kapaċi niksbu aktar.”
Kienet din id-dikjarazzjoni li għamel il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Alex Borg, f’intervista li kellu waqt programm speċjali fuq l-istazzjon F-living fejn kien mistiedne flimkien ma’ Sarah.
Fil-messaġġ li wassal, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg saħaq li l-involviment taż-żgħażagħ fil-politika huwa kruċjali.
Huwa tenna li peress li hu kien elett Kap ta’ 30 sena, għalhekk iż-żgħażagħ jistgħu jirrelataw sew miegħu. Alex Borg, faħħar l-impenn tal-Partit Nazzjonalista li kull avveniment li jorganizza, jipprova jadattah għaż-żgħażagħ – fost l-oħrajn fakkar fil-mass rally li sar din il-ġimgħa.
Sarah ukoll kienet fattur importanti immens f’dan il-vjaġġ, ghax il mod ta kif dahlet anke minn wara l kwinti u l-midja socjali…tat aspett aktar reali ta’ x’inhi il-politika.
Alex Borg tkellem dwar l-importanza li bħala Kap tal-PN ikun aktar viċin in-nies u f’kuntatt dirett man-nies; jisma’ l-isfidi u l-uġigħ tagħhom u jagħtihom widen.
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista tenna li jixtieq jipprovdi futur aħjar għaż-żgħażagħ, sabiex ikollhom l-opportunita isiru sidien ta’ djarhom u jkollhom xogħol ta’ kwalita.
Min-naħa tagħha, Sarah stqarret li hi emmnet f’Alex mill-bidu nett.
U semmiet kif l-irwol tagħha hu importanti sabiex jinħoloq għarfien dwar realtajiet li qed jaffaċċjaw in-nies fis-soċjeta’ ta’ llum il-ġurnata; fosthom is-solitudni u l-vjolenza domestika.
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, temm billi awgura l-Milied u s-sena t-tajba lil kulħadd u rringrazzja lil kulħadd tat-tama u l-fiduċja li wrew fih kemm matul il-kampanja kif ukoll minn kemm ilu li ġie elett bħala Kap tal-Partit Nazzjonalista.



