Futbol Sport

Bologna kontra Napoli fil-finali tas-Supercoppa Italiana

Bologna ħasdu lill-avversarji Inter hekk kif għelbuhom fis-semi finali tas-Supercoppa Italiana wara l-għoti tal-penalties.

Din hija t-tieni finali li se jilagħbu Bologna fis-sena 2025 hekk kif f’Mejju li għadda huma għelbu lil Milan 1-0 fil-finali tal-Coppa Italia.

In-Nerazzuri fetħu l-iskor wara biss żewġ minuti u kollox deher li se tkun partita faċli meta Marcus Thuram xeħet ġewwa mis-suġġeriment ta’ Alesaandro Bastoni.

Bologna irnexxielhom jagħmlu l-iskor indaqs permezz tal-penalty tal-istilla tat-tim Orsolini, l-istess plejer li kien skorja rabuxxata lura f’April fil-partita fejn Bologna għelbu lil Inter 1-0 biex irrovina ċ-ċansis li n-Nerazzuri jirbħu l-kampjonat.

L-ewwel rawnd ta’ penalties skorjati minn Ferguson għal Bologna u Martinez għal Inter, qabel sensiela ta’ penalties falluti miż-żewġ timijiet hekk kif Moro u Miranda fallew għal Bologna, filwaqt li Bastoni, Barella u Bonny fallew għal Inter, biex Rowe skorja t-tieni penalty għal Bologna u Immobile skorja t-tielet gowl għal Bologna mill-penalty sport minkejja li skorja De Vrij.

SUPERCOPPA
Ilbieraħ

Napoli v AC Milan 2-0
Illum
Bologna v Inter 1-1(3-2)
It-Tnejn
Napoli v Inter 8:00pm