Lokali

Esebizzjoni ta’ ritratti mill-Art Imqaddsa bit-tema ‘Realtà f’Ritratt’

Fil-jiem li għaddew ġiet inawgurata esebizzjoni ta’ ritratti mill-Art Imqaddsa, bit-titlu ‘Realtà f’Ritratt’, meħuda mill-Maġistrat Joe Mifsud.

Il-wirja ta’ ritratti, maqsuma f’ħames taqsimiet, tibqa’ disponibbli għall-pubbliku sat-Tnejn li ġej, 22 ta’ Diċembru, fil-ħinijiet tal-ftuħ tal-knisja.

Waqt it-tnedija, fil-knisja parrokkjali tas-Siġġiewi saru diskorsi mill-Arċipriet tas-Siġġiewi Dun Josef Mifsud, mis-Sindku Julian Borg u mill-Ambaxxatur tal-Palestina għal Malta Fadi Hanania.