Lokali

Fil-jiem li ġejjin Sandro mistenni jivvjaġġa lejn Singapore sabiex jibda t-terapija

Ritratt: Whydonate.com

Ġiet stabbilita komunikazzjoni bejn l-Isptar Mater Dei u n-National University Hospital f’Singapore, illum għamilna pass ieħor fil-ħidma sabiex ngħinu lil Sandro.

Sostniet dan il-mara ta’ Sandro Grech, ir-raġel ta’ 41 sena li matul il-jiem li għaddew inġabar nofs miljun ewro fi crowd funding u l-għajnuna tal-Istat hekk kif dan il-missier qiegħed ifittex it-terapija medika sabiex ifiq minn marda rari tal-lewkemija.

Ġie spjegat li sfortunatament, preżentament, Sandro jinsab rikoverat l-isptar kawża ta’ infezzjoni. Madanakollu intqal kif qiegħed ikun preparat kollox sabiex malli Sandro jkun f’kundizzjoni aħjar ikunu jistgħu jivvjaġġaw lejn Singapore kemm jista jkun malajr.

Intant, filwaqt li rringrazzjat lill-Istat tal-intervent, irringrazzjat ukoll lill-poplu li b’mod numeruż u immedjat għin lil dan ir-raġel kemm għad-donazzjonijiet finanzjarji kif ukoll għall-messaġġi u t-telefonati ta’ sostenn li rċievu jum wara ieħor. .