Propju ġurnata wara l-aħħar partitta tal-Ispartans fil-Conference League dan l-istaġun, iċ-champions ta’ Malta ikkonfermaw l-akkwist tal-attakkant Kolombjan Damir Céter, biex ikompli jżid man-numri li diġa għandhom l-Ispartans fuq quddiem fosthom Joseph Mbong, N’dri Koffi u Semir Smajlagic.
Céter ikompli jġib esperjenza mill-aqwa kampjonati fl-Ewropa, hekk kif fl-istaġun 2021-22 kien parti mill-iskwadra ta’ Cagliari u lagħab 7 partiti fis-Serie A.
Apparti dawk il-partiti fl-aqwa kampjonat Taljan, huwa lagħab ukoll 63 logħba fis-Serie B, fejn skorja 7 gowls u pprovda 8 assists, kif ukoll lagħab 53 partit fis-Serie C fejn hemm skorja 14 u pprovda 4 assists.

Aparti minnhekk Céter kellu bosta esperjenzi ukoll fid-diviżjonijiet tal-Kolombja, u lagħab xi partiti ukoll anke fil-Copa Libertadores u fil-Coppa Italia.
Fl-2017 Céter kien involut f’żewġ partiti mat-tim ta’ taħt l-20 sena tal-Kolombja, u li fihom skorja żewġ gowls.

Céter huwa eks plejer ta’ taħt l-20 sena tal-Kolombja fejn skorja żewġ gowls


