Sport

Hibernians jegħlbu lil Żabbar St Patrick

YoHealth Malta Premier : Opening Round Bottom 6

Hibernians    3       Żabbar St.Patrick    3

Wara biss 4 minuti fil-Victor Tedesco Stadium, azzjoni irregolari ta’ Mayron fuq Iapert fil-kaxxa ntalbet il-verifikà tal-video support mill-coach ta’ Hibernians, Branko Nisevic. Wara l-verifikà r-referee Scerri ta l-penalty lil Hibernians b’Lucas Villela Iapert  għeleb lil Jonathan Grech.

Fid- 9 minuta Żabbar kisbu d-draw permezz ta’ Zean Leonardi li għeleb lil Hugo Sacco.

Fil-15 il minuta Żabbar St Patrick fil-vantaġġ wara li Jake  Micallef bir-ras fuq minn cross mix-xellug, lejn Strahinja Jovancic li għamel l-iskor 2 – 1 .

Fid-19-il minuta l-iskor sar 3 – 1 permezz ta’ Zean Leonardi li mill-ġdid għeleb lil Sacco. Gowl illonfermat bil-video support.

Fil- 61 minuta tkeċċa Mayron Barbosa da Rocha ta’ St.Patrick fuq ammonizzjoni doppja.

Fil- 85 minuta Hibernians naqqsu l-iskor wara li l-goalkeeper Grech ma żammx xutt ta’ Nunes segwa l-azzjoni Mendonca li għamel l-iskor 3 – 2.  Fil-ħin miżjud kien Liam Buhagiar ta’ Hibernians li għeleb lil Jonathan Grech u għalaq il-partita 3 – 3

Referee: Joseph Scerri