“Il-Partit Nazzjonalista dejjem kien trasparenti mal-poplu rigward is-sitwazzjoni finanzjarja tiegħu – huwa l-Partit Laburista li bi skop malinn prova jxerred gideb kif jagħmel dejjem”.
Sostna dan is-Segretarju Ġenerali tal-PN Charles Bonello, f’intervista waqt il-programm XTRA mmexxi minn Saviour Balzan fuq il-PBS, fejn Charles Bonello tkellem dwar il-finanzjament tal-partiti politiċi u kif il-ħtiġijiet finanzjarji tal-partiti llum il-ġurnata huma totalment differenti. U għalhekk jirrikjedu ammont kbir ta’ flus.
Huwa spjega li fiha nfisha, din il-ħtieġa finanzjarja tpoġġi responsabbiltà kbira fuq il-partiti sabiex ikunu dejjem aktar trasparenti mal-poplu -– xi ħaġa li l-Partit Laburista qed jibqa’ jirrifjuta li jagħmel.
Kien għalekk li s-Segretarju Ġenerali tal-PN spjega l-fatti kollha li jirrigwardjaw l-obbligi finanzjari tal-Partit Nazzjonalista.
Charles Bonello saħaq li b’Alex Borg fit-tmun tal-PN, il-bidla issa bdiet tinħass sew tant li nġabret ukoll is-somma ta’ ‘l fuq minn miljun u mitejn elf ewro f’dawn l-aħħar tliet xhur – dan apparti riformi sħaħ sabiex il-Partit Nazzjonalista jkompli jissaħħaħ finanzjarjament. Dan meta għandna Gvern li għandu fil-pussess tiegħu poteri kbar.
//= $special ?>

