Il-ġeneru K-Pop jiddomina x-xena
Il-kanzunetta tal-1962 ‘Pretty Little Baby’ ta’ Connie Francis kienet l-aktar kanzunetta li ndaqqet fuq TikTok fl-2025.
Matul din is-sena, TikTok wera kif numru ta’ artisti qed jiksbu fama internazzjonali proprju minn din il-pjattaforma – u fost oħrajn, TikTok ta’ imbuttatura serja lil artisti ġodda bħal Alex Warren, Lola Young u sombr.
L-unur tal-Global Artist of the Year ngħata lil grupp Katseye, li kellu fost l-oħrajn il-kanzunetta Gnarly u l-kanzunetta Gabriela, li marret viral – tant li l-ammont ta’ drabi li l-utenti raw filmat b’tali kanzunetta laħħaq id-9.9 biljuni.
U għaxar snin wara li tnediet il-kanzunetta ‘Hold My Hand’, Jesse Glynn reġgħet spiċċat fil-quċċata taċ-charts grazzi għat-trend Nothing Beats a Jet2 holiday tant li splodiet fil-popolarità.
Tant hu hekk li l-kanzunetta ‘Hold My Hand’ hija l-aktar waħda popolari fuq TikTok fir-Renju Unit.
It-Top 5 ta TikTok kienu dominati mill-K-pop – hekk kif isegwu lil Katseye insibu lil Alan Arrieta, ENHYPEN, Bad Bunny u Stray Kids.
Fost il-kanzunetti l-aktar li ndaqqu fuq TikTok din is-sena insibu lil Anxiety, Shake it to the Max u Dame un Grr.
Is-Song Writer of the Year kienet Ejae – il-kantanta li selfet il-vuċi lil Rumi fil-film K-pop Demon Hunters; famuż qalb tfal ta’ kull età, film li ddomina x-xena fuq il-pjattaforma ta’ Netflix.
//= $special ?>

