Tkompla l-kampjonat nazzjonali fejn iċ-champions tal-hockey lokali Qormi Daikin komplew bis-serje pożittiva tagħhom meta għelbu lil GREE Żurrieq Wolves Hotsticks 6-3.
Kienet partita bbilanċjata fejn kienu Qormi li bnew vantaġġ ta’ tliet gowls fl-ewwel żewġ quarters għalkemm fit-tielet quarter, iż-Żrieraq irnexxielhom iġibu l-iskor indaqs 3 – 3.
L-aħħar quarter kien dominat minn Qormi Daikin li skorjaw tliet darbiet biex għalqu l-partita 6 – 3. Għal Qormi Luke Bajada skorja żewġ gowls filwaqt li Steve Tanti, John Williams, Neil Spiteri Montebello u Shawn Dimech skorjaw gowl kull wieħed.
It-tliet gowls ta’ Żurrieq kienu skorjati minn Christ Agius.
Umpires kienu Karl Chircop u Silvio Peralta.
F’logħba mill-kampjonat ta’ taħt l-14-il sena, Marsaskala Heat għelbu lil Tim B Floriana Young Stars 4-0 b’gowls ta’ Julienne Carabott, Sloan Foster, Braydon Gatt Gellel u Leah Marie Calleja Fenech.
Umpires kienu Oscar Toledano u Silvio Peralta.
Mill-istess kompetizzjoni, Qormi Daikin għelbu lil Tim A Floriana Young Stars 5-2.
Zackary Farrugia skorja tliet gowls għal Qormi Daikin u gowl kull wieħed Eyen Toledano u Ben Falzon filwaqt li għal Floriana skorja żewġ gowls Gabriel Cordina.
Umpires kienu Dario Cacopardo u Kane Zammit.
//= $special ?>

