San Ġwann Tiki Taka Buddies għelbu lil Birkirkara Boċċi 13-11 fil-finali tal-Community Christmas Trophy.
Għal San Ġwann dan kien unur importanti minħabba li rebħu d-double fi staġun ferm pożittiv li qed ikollhom.
San Ġwann Tiki Taka Buddies lagħbu b’Gordon Said, Neil Caruana, Andrea Sammut, Bernard Borg, Joe Vella, Jonathan Vella, Daniel Grima, Marco Bonello, Keith Caruana, CarmeloZammit u Gianluca Vella bil-kowċ li kien Godwin Calleja.
Birkirkara Boċċi kellhom lil Sheldon Lanzon Attard, Izaak Muscat, Jurgen Galea, Matthew Vella, Kieron Fenech, Antoine Schembri, Waylon Micallef, Sheldon Brown, Clyde Briffa, Jerome Fiteni u Justin Farrugia bil-kowċ li kien Dylan Zammit.
Fi tmiem il-konfront, Christopher Busuttil f’isem il-Malta Blackball Federation ippreżenta t-trofew lill-coach ta’ San Ġwann Tiki Taka Buddies Godwin Calleja.
Fin-National Christmas Trophy, kienu Tim A Ħamrun 147 u Tim A Qormi Pinto A li għaddew għall-finali.
Tim A Ħamrun 147 għelbu lil Tim A Cospicua Rangers 21-18 filwaqt li Tim A Qormi Pinto rebħu 20-8 kontra Tim A Mrieħel Billiard House .
Fir-Regional Christmas Trophy, San Ġwann Tiki Taka Spartans rebħu d-derby kontra San Ġwann Tiki Taka Boys 21-18 filwaqt li Tim B Ħamrun 147 għelbu lil Valletta Fossa Boys 21-15.
B’hekk se jkunu San Ġwann Tiki Taka Spartans u Ħamrun 147 B li se jikkontestaw din il-finali.
//= $special ?>
