Fl-aħħar sigħat, żdiedet l-ispekulazzjoni dwar x’jista’ joħroġ mill-files ta’ Jeffrey Epstein….. meta dawn kienu viċin ħafna ta’ pubblikazzjoni għall-ewwel darba.
Epstein, finanzjatur b’influwenza kbira u li kien jittraffika lit-tfajliet minorenni għal skopijiet sesswali, kellu konnessjonijiet mal-aktar persuni importanti fl-Istati Uniti. U għal żmien, kien ħabib kbir ta’ Donald Trump qabel laħaq President ta’ pajjiżu.
Epstein kien instab mejjet f’ċella ta’ ħabs u l-Gvern ta’ Trump,wara xhur ta’ dawmien u ostkolar, issa hu legalment obbligat biex jippubblika arkivju sħiħ ta’ dokumenti li għandhom jixħtu dawl fuq ir-reati ta’ Epstein u l-kollaborazzjoni potenzjali ta’ nies oħrajn influwenti.
Taħt it-termini tal-Epstein Files Transparency Act, l-Avukat Ġenerali tal-Istati Uniti, Pam Bondi, kienet dovuta li tippubblika r-rekords u d-dokumenti kollha dwar il-każ Epstein għall-konsum tal-pubbliku….Att li kien ikkonfermat f’Novembru mill-Kungress Amerikan wara xhur ta’ reżistenza mill-White House.
Issa, mistennija joħorġu wkoll il-komunikati u materjal investigattiv relatati ma’ Epstein….mas-sieħba tiegħu Ghislaine Maxwell li qed tinżamm fi priġunerija ….u individwi li ssemmew b’konnessjoni mal-attivitajiet kriminali tiegħu.
Kienu proprju l-partitarji ta’ Donald Trump mal-moviment MAGA li insistew l-aktar biex joħorġu l-files ta’ Epstein ….meta jemmnu li kapaċi jinkixef network ta’ pedofelija li jinkludi personalitajiet famużi u influwenti f’diversi setturi.
U Donald Trump, li snin ilu kien kisirha ma’ Jeffrey Epstein, kien għamel minn kollox biex dawn il-files ma joħorġux waqt li anki rrefera għalihom bħala qerq min-naħa tad-Demokratiċi fl-Oppożizzjoni.
Iżda waqt li Trump ċanfar lis-sostenituri tiegħu għall-insistenza dwar il-pubblikazzjni tal-files, il-Kamra tar-Rappreżenanti f’Washington ivvota favur – bil-President Trump, maż-żmien, ikun kostrett li jiffirma l-abbozz bħala liġi.
//= $special ?>

