Lokali

Tweġġa’ gravi f’inċident tat-traffiku fil-Mosta

Mara ta’ 70 sena residenti l-Mosta kellha ttieħed l-Isptar Mater Dei wara li weġġgħet f’inċident tat-traffiku fil-Mosta.

Dan l-inċident seħħ għall-ħabta tad-disgħa u kwart tal-Ġimgħa filgħodu fi Vjal l-Indipendenza, il-Mosta.

Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li l-mara ntlaqtet minn karozza tat-tip Toyota Ractis, li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 73 sena mill-Mosta.

Fuq il-post marru tim mediku li taw l-ewwel għajnuna medika lil mara, fejn aktar tard ittieħdet l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.

Aktar tard, il-mara ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.