Vassallo Group organizza l-ikla annwali taċ-Chairperson f’Aula Capitulare fil-Katidral tal-Mdina, li laqqgħet flimkien azzjonisti, diretturi, sħab fin-negozju kif ukoll rappreżentanti ta’ diversi kumpaniji u banek.
L-avveniment ta’ din is-sena serva mhux biss biex tiġi ċċelebrata sena oħra ta’ suċċess, iżda wkoll bħala pass importanti lejn iċ ċelebrazzjonijiet tat-80 anniversarju tal-Grupp, li se jibdew fil-bidu tal-2026.
Fil-messaġġ tagħha, iċ-Chairperson, Natalie Briffa Farrugia, irriflettiet fuq l-istorja u l-futur tal-Grupp: “Vassallo Group llum huwa aktar minn negozju; huwa familja, komunità u forza għall-bidla pożittiva. Ejja nkomplu nibnu b’għan, ninvestu b’qalb, u niżguraw li l-legat tagħna jibqa’ b’saħħtu għall-ġenerazzjonijiet li ġejjin.”
Briffa Farrugia enfasizzat fuq il-prestazzjoni b’saħħitha tal-Grupp fis-setturi diversi tiegħu, u nnotat tkabbir kontinwu fil-kura, il-proprjetà, l-ospitalità, l-edukazzjoni u l-kostruzzjoni. Hija saħqet li s settur tal-kura jibqa’ l-pedament tal-Grupp, b’inizjattivi ġodda li jsaħħu l-impenn tiegħu lejn id-dinjità, ir-rispett u l-kompassjoni.
Hija enfasizzat ukoll l-iskala tal-operat, u nnotat li l-Grupp issa jimpjega aktar minn 2,000 persuna minn 55 pajjiż, b’bażi ta’ assi ta’ €465 miljun u żieda prevista ta’ 7% fid-dħul meta mqabbel mas-sena ta’ qabel, filwaqt li l-profitti qabel it-taxxa huma mistennija jiżdiedu b’60%.
Il-kumpaniji fi ħdan il-Grupp irrappurtaw momentum pożittiv, bi proġetti ewlenin bħall-Campus Hub, jistabbilixxu standards ġodda, u inizjattivi edukattivi li jilħqu miri importanti. L-interessi fl-ospitalità u l-proprjetà qed ikomplu juru prestazzjoni b’saħħitha, filwaqt li l-intrapriżi tal-kostruzzjoni u l-enerġija qed jippreparaw għal proġetti ġodda u ambizzjużi.
L-avveniment intemm b’messaġġ ta’ ottomiżmu u fiduċja fil-futur tal-Grupp, u kkonferma mill-ġdid id-dedikazzjoni ta’ Vassallo Group li dejjem kellu b’viżjoni u li dak li għamel dejjem sar b’integrità. Hekk kif il-Grupp iħares ’il quddiem, din l-ikla ta’ Diċembru tat il-bidu għaċ-ċelebrazzjonijiet tat-80 anniversarju li se jibdew hekk kif tingħata bidu s-sena l-ġdida.



