Internazzjonali

17-il sena ħabs għall-eks Prim Ministru tal-Pakistan

L-Eks Prim Ministru tal-Pakistan Imran Khan ġie kkundanat 17-il sena ħabs wara li nstab ħati li wettaq frodi relatat ma’rigali li hu ingħata waqt li kien fl-irwol ta’ Prim Ministru.

    Dan wara li hu ingħata arloġġi lussużi flimkien ma’ ġojjelerija oħra mingħand il-Prinċep ta’ Saudi Arabia Mohammed bin Salman waqt żjarat uffiċjali.

    Skont il-liġi tal-Pakistan jekk Uffiċjali tal-Gvern jew politiċi jingħataw xu rugali mingħand politiċi baranin, dan għandhom jixtruhom mingħand l-istat bil-prezz li jkunu qed jinbigħu, iżda l-prosekuturi argumentaw li Khan flmkien ma’ matru ħalsu prezz ferm inqas minn dak ta’ suq u għalhekk kisru l-liġi.

    Khan ilu fil-ħabs minn Awwissu tal-2023, u bħalissa qed jiskonta sentenza ta’ 14-il sena ħabs b’rabta ma każ separat ta’ frodi. Dan apprti li qed jiffaċċja diversi akkużi oħra li għalihom huwa wieġeb mhux ħati.