L-attur Brittanniku David Walliams, li jitħallas madwar €300,000 kull darba li jiġi Malta, ġie sospiż mill-pubblikaturi HarperCollins. Dan wara li fil-media Ingliżi ħarġu akkużi serji rigward “azzjonijiet mhux xierqa” u harassment fil-konfront ta’ nisa.
Kelliem għal David Walliams qed jiċħad dawn l-akkużi serjissimi.
Kienet il-gazzetta rinomata The Telegraph illi Walliams qed jaffaċja akkużi marbutin ma’ fastidju fil-konfront ta’ nisa żgħar fl-età, li kienu impjegati tal-pubblikatur HarperCollins.
Il-kummidjant ta’ 54 sena huwa meqjus bħala wieħed mill-aqwa awturi ta’ kotba għat-tfal.
Matul is-sajf li għadda, dan l-attur kontroversjali kien qal illi l-aqwa mod li tieħu dak li trid f’Malta huwa billi torqod mal-Kummissarju tal-Films Johann Grech. David Walliams kien stqarr dan waqt il-Mediterrane Film Festival li swiena madwar €5miljun, u li hu ilu jippreżenta sa mill-2022.
//= $special ?>

