Lokali

Aktar kopji tas-suppliment dwar l-ewwel 100 jum ta’ Alex Borg

B’talba ġenerali reġgħu kienu stampati aktar kopji tas-suppliment ta’ IN-NAZZJON dwar l-ewwel 100 jum ta’ Alex Borg bħala Kap tal-Partit Nazzjonalista.

Dawn il-kopji limitati, iffirmati mill-Kap tal-PN Alex Borg, se jkunu jistgħu jinkisbu mid-Dar Ċentrali għada l-Ħadd fil-ħin tal-awguri lil Alex Borg u Sarah bejn l-10.30am u n-12.30pm għal donazzjoni ta’ €5.  

Dan se jkun l-aħħar ċans li tista’ tikseb kopja ta’ dan is-suppliment iffirmata mill-Kap tal-Partit Alex Borg.