Il-militar tal-Istati Uniti, wetqu attakk massiv kontra l-Istat Islamiku fis-Sirja, dan b’rispons għal attakk mill-aktar makabru fuq il-forzi Amerikani f’dan il-pajjiż.
Minn naħa tagħhom is-Central Command tal-Istati Unti- is-Centcom) qalu li l-attakk li kien jinvolvi, fighter jets, ħelikopters u artileriji oħra inkluż ajrupalan mill-Ġorfan laqtu mas-70 mira f’loklitajiet differenti fiċ-ċentru tas-Sirja.
Dan ir-rispons min-naħa tal-Istati Uniti, skont Donald Trump, kien attakk b’saħtu li jsegwi l-attakk li l-Istat Islamiku wettaq fit-13 ta’ Diċembru fuq il-Belt ta’ Palmyra fejn żewġ suldati u ċivili sfaw mejta.
Bis-Centcom, jgħid li din l-operazzjoni bl-isem ta’ Hawkeye Strike ġiet imndejija fl-erbgħa ta’ wara nofsinhar ħin lokali u tenna li l-Isati Unti se tkompli bl-attakki tagħha biex issegwi t-terrristi li jippruvaw jagħlu ħsara lill-Amerikani u lil dawk li jikkolaboraw magħha.
Rami Abdel Rahman, il-mexxej tad-Drittijiet Umain fis-Sirja, stqarr li f’dan l-attakk tal-Istati Unti, inqatlu ħames membri tal-Istat Islamiku. Bl-Istati Uniti tiklarika li dan l-attakk ma għandux l-intenzjoni ta’ bidu ta’ gwerra imma dikjarazjoni ta’ vendetta.
//= $special ?>

