Għal din is-sena Betlehem f’Għajnsielem se jsir b’differenza dan hekk kif it-tfal qed jiġu mħeġġa sabiex jiktbu l-ittri l-islaten maġi – ittri li mbagħad se jintbgħatu lill-Papa Ljun XIV.
Din l-inizjattiva tħabbret minn Franco Ciangura li huwa parti mit-tim organizzattiv ta’ Betlehem f’Għajnsielem waqt il-programm NetLive fejn spjega wkoll il-ħsieb wara din l-inizjattiva mill-isbaħ.
Din hija propju l-ewwel darba li qed issir din l-inizjattiva bil-għan li jħeġġu lit-tfal jesprimu dak li qed iħossu u filwaqt jgħaddu messaġġi sbieħ.
Betlehem f’Għajnsielem issa daħlet fis-16-il edizzjoni li tinkludi l-Prespju Ħaj u li hu ferm popolari mal-Maltin u l-Għawdxin kif ukoll ma dawk it-turisti li jmorru lejn Għawdex waqt dawn iż-żminijiet ta’ festi.
Il-Presepju Ħaj jinkludi xhur ta’ preparamenti b’voluntiera tant iddedikati li jqattgħu sigħat sħaħ bil-għan li jkun ta’ suċċess b’eluf ta’ persuni kull sena jżuru dan il-villaġġ li jieħdok lura lejn iż-żminijiet ta’ meta twieled Ġesù Bambin.
//= $special ?>

