Internazzjonali

Bill Clinton, Michael Jackson u Mick Jagger fl-Epstein Files

Michael Jackson, l-ex President Bill Clinton, dak li kien il-Prinċep Andrew u Mick Jagger fost l-oħrajn, huma ftit mill-persuni prominenti li ġew jidhru f’ritratti in-konnessjoni ma’ Jeffery Epstein.

Epstein, finanzjatur b’influwenza kbira u li kien jittraffika lit-tfajliet minorenni għal skopijiet sesswali, kellu konnessjonijiet mal-aktar persuni importanti fl-Istati Uniti – U b’dawn ir-ritratti, ittri u dokumenti dan il-fatt ġie kkonfermat.

Sussegwentament, Epstein kien instab mejjet f’ċella ta’ ħabs fejn kien qiegħed.

Intant id-Dipartiment tal-Ġustizzja Amerikan ippublika dawn il-files, liema Gvern Amerikan,wara xhur sħaħ ta’ dawmien, issa hu legalment obbligat biex jippubblika arkivju sħiħ ta’ dokumenti li għandhom jixħtu dawl fuq ir-reati ta’ Epstein u l-kollaborazzjoni potenzjali ta’ nies oħrajn influwenti.

Intant 119 il-paġna mill-arkivju ppublikat s’issa, ġew imħassra u mmarkati, b’liema reduzzjonijiet, skont l-istess dipertiment, huma essenzjali minħabba s-sigurtà tal-vittmi li ġew traffikati fil-passat sabiex jaqdu l-bżonnijiet speċjali tal-aktar irġiel influwenti tad-dinja.

Iżda min naħa l-oħra, kien hemm wkoll kritika għal fatt li hemm ammont sostanzjali ta’ paġni ridotti u mmarkati b’tali mod li mhux aċċessibli għal pubbliku, anke jekk ġew rilaxxati.

Intant numru sostanzjali ta’ ritratti u ittrri ġew ippublikati – fosthom dawk l-aktar notevoli jkunu r-ritratt tal-Ex President Amerikan Bill Clinton li jidher qiegħed mitluq f’pixxina privata fil-kumpanijja ta’ mara li wiċċha ma ġiex imxandar. Fost l-oħrajn f’qalb dan l-arkivju hemm wkoll bosta ritratti tal-Eks President Amerikan; saħansitra ritratti fil-pool mal-kompliċi ta’ Epstein, Ghislaine Maxwell, li kienet il-moħħ wara ħafna atti makabri li saru minn tagħha ta’ Epstein.

Apparti min hekk hemm wkoll ritratti ta’ Epstein mal-kantant leġġendarju Michael Jackson, u kif ukoll Mick Jagger – li wkoll hemm rapporti dwar qrubija mal-inprenditur Amerikan.

Ritratt ieħor li spikka sew u li wkoll baqa’ f’moħħ n-nies, kien dak ta’ ħu r-Re tar-Renju Unit, Andrew Mountbatten Windsor f’riġlejn bosta nisa. Filfatt il-qrubija ta’ dan il-membru tal-Familja Rjali, ilha fix-xena pubblika għal snin twal, tant li ftit taż-żmien ilu, r-Re Charles ħabbar li ħuħ ser ikunu qed jittieħdulu t-titli rjali.

Parti minn dawn il-files elaborati, kien hemm wkoll bosta ittri li jirrelataw mal-istess traffikar, u kif ukoll blackmail potenzjali li Epstein kien juża fuq dawk sħabu l-iktar b’saħħithom sabiex jwassalhom fejn jixtiequ huma, jew sa fejn jixtieq hu. Kampanji ta’ favuri b’Epstein fiċ-ċentru dan dawn il-manuvri.

Mir-ritratti li ħarġu s’issa m’hemm l-ebda’ ritratt tal-President Amerikan Donald Trump – però hemm wkoll dokumenti tal-Qorti fejn qed jallegaw li Epstein kien ħa tfajla ta’ 14-il sena lil Trump lura fis-snin 90. Dan fost ittri allegatament miktuba minn Trump lill-istess Epstein.  

Dan l-arkivju ilu fil-pussess tal-Gvern Amerikan għal bosta snin, però issa f’din l-aħħar sena, saret wkoll pressjoni kbira minn bosta vittmi li ġew abbużati minn Epstein u sħabu.

Intant il-Gvern Amerikan ħabbar ukoll li fadal ħafna aktar x’jiġi ppublikat, dan filwaqt li fil-jiem li ġejjin ser ikomplu wkoll jiġu ppublikati eluf ta’ ritratti u ittri oħra.